IL-ĠIMGĦA  16 TA’ LULJU, 2010
8.00p.m. IKLA fi Triq Sant’ Andrija, quddiem il-każin tas-Soċjeta`. Ikun hemm live entertainment ma’ Commander Jay. Prezz: Kbar €15 u Tfal €7. Kulħadd huwa mistieden għal din l-okkazjoni. Bookings mill-bar tal-każin jew mingħand il-membri tal-kumitat sa l-Erbgħa 14 ta’ Lulju, 2010.

IL-ĠIMGĦA  23 TA’ LULJU, 2010
7.30p.m. L-Għaxar edizzjoni tal-LEJLA MALTIJA quddiem il-Każin tas-Soċjeta`, bil-kollaborazzjoni mal-KUNSILL LOKALI ĦAL LIJA. Spettaklu Kbir bil-parteċipazzjoni ta’ BRASS BAND  kif ukoll bl-aqwa Talent Malti kif ukoll Talent Lijan. Divertiment għal kulħadd.
Ikun hemm diversi stands b’varjeta’ ta’ Ikel Malti u Xorb.
Ikun hemm wirja ta’ muturi antiki mtella` mill-historic Motorcyle club fi Triq Sant’ Andrija.

L-ERBGĦA  28 TA’ LULJU, 2010
8.00p.m. RIĊEVIMENT TAL-FESTA
Mistiedna l-membri tas-Soċjeta`, is-Sindku u l-Kunsilliera, l-membri tal-Kleru, l-benefatturi tas-Soċjeta`, l-Każini u l-għaqdiet tal-festa u mistednin oħra tas-Soċjeta` fil-ġnien tal-Każin.  Jiġi nawgurat il-bar il-ġdid tal-Każin.
Il-Kumitat iħeġġeġ lis-Soċji u l-ħbieb kollha tas-Soċjeta` biex jattendu.

  IL-ĠIMGĦA  30 TA’ LULJU, 2010
8.00p.m. BARBEQUE KBIR TAL-FESTA fil-ġnien tal-Każin tas-Soċjeta`.  Prezz: Kbar €15 u Tfal €7. Kulħadd huwa mistieden għal din   l-okkażjoni. Bookings mill-bar tal-każin jew mingħand il-membri tal-kumitat sa l-Erbgħa 28 ta’ Lulju, 2010.

 

IT-TNEJN  2 TA’ AWWISSU, 2010
L-Ewwel Jum tat-Tridu
8.30p.m.  MARĊ BRIJUŻ MILL-GĦAQDA MUŻIKALI SANT’ ANDRIJA TA’ ĦAL LUQA taħt id-direzzjoni tas-Surmast Direttur      Mro. P. Schembri li jgħaddi minn dawn it-toroq:
Jibda minn quddiem il-Każin tas-Soċjeta` Sant’ Andrija, Triq Sant’ Andrija, Annibale Preca, Gużeppi Portelli, Massimiliano Debono, Mirakli, N. Cotoner, Ħal Bordi, tal-Mirakli, Annibale Preca, Kardinal Ferretti, Kunċiżżjoni, il-Forn, Sir Ugo Mifsud, Pjazza Transfigurazzjoni, il-Kbira u jispiċċa bid-daqq ta’ marċi popolari quddiem il-Każin tas-Soċjeta` Sant’ Andrija waqt li jiġu nawgurati l-pavaljuni l-ġodda fi Triq Sant’ Andrija.

 
 

 

IT-TLIETA 3 TA’ AWWISSU, 2010
T-Tieni Jum tat-Tridu
8.30p.m.  MARĊ BRIJUŻ MILL-GĦAQDA MUŻIKALI SANTA KATERINA TAŻ-ŻURRIEQ taħt id-direzzjoni tas-Surmast Direttur    Mro. M. Testa li jgħaddi minn dawn it-toroq:
Jibda minn ġol-Housing Estate, Sir Ugo Mifsud, K. Darmanin, is-Salvatur, Ferdinand Grech, R. Mifsud Bonnici, Ramiro Barbaro, Mario Agius, Mikielanġ Borg, il-Kbira, Pjazza Transfigurazzjoni, Sir Ugo Mifsud, id-Dejqa, Merino, Preziosi, il-Forn u jispiċċa bid-daqq ta’ marċi popolari quddiem il-Każin tas-Soċjeta` Sant’ Andrija.

 

IL-ĠIMGĦA  20 TA’ AWWISSU, 2010
8.30p.m.  IKLA TAL-FESTA f’All Saints Bar & Restaurant, Qawra. Bookings mill-bar tal-każin jew mingħand il-membri tal-kumitat sa l-Erbgħa 18 ta’ Awwissu, 2010.