| |
IL-ĠIMGĦA 15 TA’ LULJU, 2011
8.00p.m. IKLA SPETTAKLU fi Triq Sant’ Andrija, quddiem il-każin tas-Soċjeta`.
Ikun hemm live entertainment ma’ l-Grupp komiku CFK Atturi Fleur-de-lys. Divertiment Garantit. Jagħlaq is-serata l-kantant popolari Glenn Vella. Prezz: Kbar €15 u Tfal €7. Kulħadd huwa mistieden għal din l-okkazjoni. Bookings mill-bar tal-każin jew mingħand il-membri tal-kumitat sa l-Erbgħa 13 ta’ Lulju, 2011.
IL-ĠIMGĦA 22 TA’ LULJU, 2011
7.30p.m. Il-Ħdax edizzjoni tal-LEJLA MALTIJA quddiem il-Każin tas-Soċjeta`, bil-kollaborazzjoni mal-KUNSILL LOKALI ĦAL LIJA. Spettaklu Kbir minn Freddie Portelli kif ukoll bl-aqwa Talent Malti kif ukoll Talent Lijan. Divertiment għal kulħadd.
Ikun hemm diversi stands b’varjeta’ ta’ Ikel Malti u Xorb.
Ikun hemm wirja ta’ muturi antiki mtella` mill-historic Motorcyle club fi Triq Sant’ Andrija.
L-ERBGĦA 27 TA’ LULJU, 2011
7.00p.m. Is-Soċjeta` tipparteċipa fil-quddiesa tal-ftuħ tan-novena tas-Salvatur organizzata għal-Każini u l-għaqdiet tal-festa.
Il-membri tas-Soċjeta` huma mħegga jattendu.
IL-ĦADD 31 TA’ LULJU, 2011
8.00p.m. RIĊEVIMENT TAL-FESTA
Mistiedna l-membri tas-Soċjeta`, is-Sindku u l-Kunsilliera, l-membri tal-Kleru, l-benefatturi tas-Soċjeta`, l-Każini u l-għaqdiet tal-festa u mistednin oħra tas-Soċjeta` fil-ġnien tal-Każin. Tiġi nawgurat il-Sala prinċipali tal-każin flimkien ma’ swali u l-kappella.
Il-Kumitat iħeġġeġ lis-Soċji u l-ħbieb kollha tas-Soċjeta` biex jattendu.
IT-TLIETA 2 TA’ AWWISSU, 2011
L-Ewwel Jum tat-Tridu
8.30p.m. MARĊ BRIJUŻ MILL-GĦAQDA MUŻIKALI SANT’ ANDRIJA TA’ ĦAL LUQA taħt id-direzzjoni tas-Surmast Direttur Mro. P. Schembri li jgħaddi minn dawn it-toroq:
Jibda minn quddiem il-Każin tas-Soċjeta` Sant’ Andrija, Triq Sant’ Andrija, Annibale Preca, Gużeppi Portelli, Massimiliano Debono, Mirakli, N. Cotoner, Ħal Bordi, tal-Mirakli, Annibale Preca, Kardinal Ferretti, Kunċiżżjoni, il-Forn, Sir Ugo Mifsud, Pjazza Transfigurazzjoni, il-Kbira u jispiċċa bid-daqq ta’ marċi popolari quddiem il-Każin tas-Soċjeta` Sant’ Andrija waqt li jiġu nawgurati l-pavaljuni l-ġodda fi Triq Sant’ Andrija.
|
|