Marci Online - Ghafas Hawn
INNU MARC LILL-KAZIN SANT' ANDRIJA
Hal Lija f'qalbna
Kburin ferm bis-Salvatur.
Rahal moghni b'nies qalbiena;
B'hegga kbira qalbna tfur.
Mosè l-profeta,
Kbir Melkisedek qassis
Imexxuna
Isahhuna
Biex lil Kristu nfittxu biss.
Maz-zmien sebbahna
Dal-kazin bi storja w unur.
Ta kull sena iferrahna
Fil-festa tas-Salvatur.
Patrun appostlu
Li habb dejjem lill-Mulej.
Sant'Andrija
Iqawwina
Ghax lil Kristu zamm b'mexxej. (x2)
Trio: Inkantaw u naghmlu festa
Nallegraw, niccelebraw.
Ghax dan hu l-jum ta' ghaqda fostna frott il-hidma ta' xulxin.
Inkantaw u naghmlu festa
Naghtu gieh lil Sid is-sliem
Ghax dan hu l-jum li Kristu jdawwalna u jzommna maghqudin.
Feddej kbir inti salvajtna.
Ferhanin naghtuk tifhir
Ghax dan hu l-jum ta' grajja hajja li twassalna fis-smewwiet.
Feddej kbir int lilek tajtna.
Inti t-Triq, il-Bidu u t-Tmiem
Ghax dan hu l-jum li b'nies habrieka mieghek nibqghu mhaddnin.
Briju, kant, kultura, banda
Imzewqin b'toroq helwin
Ghax dan hu l-jum li fih inlibbsu lil rahalna bit-tizjin.
Qalbna mghamra bit-talenti
Illi tana s-Salvatur
Ghax f'dan il-jum zgur qalbna thammar biex inhobbu lil xulxin.
Inkantaw u naghmlu festa
Nallegraw, niccelebraw.
Ghax dan hu l-jum ta' ghaqda fostna frott il-hidma ta' xulxin.
Inkantaw u naghmlu festa
Naghtu gieh lil Sid is-sliem
Ghax dan hu l-jum li Kristu jdawwalna u jzommna maghqudin.
Muzika: Mro. R. Fenech
Versi: Charlie Spiteri
|