| |
Il-Knisja Parrokkjali tas-Salvatur
Il-Knisja Parrokkjali tas-Salvatur f'Hal Lija hija monument iehor ta' stil Barokk, mibnija minn Mastru Giovanni Barbara minn Hal Lija stess fis-seklu tmintax bit-thabrik tal-Kappillan Dun Anton Camilleri.
L-art maggzula ghal bini tal-knisja l-gdida kienet naghrufa bhala 'Tal-herba' u fl-20 ta' Mejju ta' l-1694, l-Isqof Davide Cocco Palmieri, pogga l-ewwel gebla ta' din il-knisja. Il-pjanta saret minn Giovanni Barbara li kien minn Hal Lija u xoghol tal-bini mexa b'ritmu mghaggel hafna, tant li l-knisja kienet lesta u mbierka fil-bidu ta' Lulju, 1702. Meta tlestiet minn kollox fl-1782, l-Isqof Monsinjur Vincenzo Labini ikkonsagraha solennement fil-25 ta' Lulju 1782. B'tifkira ta' din il-grajja, jezistu tnax il-salib mad-dawra tal-knisja u zeg[ irhamiet li jfakkru dawn l-okkazjonijiet. Din il-knisja hija mtalla' fil-gieh ta' Bazilika kif tfakkar l-irhama li hemm bejn iz-zewg pilastri magguri u s-salib bit-tnejn mal-frontispizju mal-faccata tal-knisja.
F'kull parti ta' din il-knisja jista jammira s-sbuhija arkitettonika taghha bil-precizjoni li fiha li, flimkien ma' l-irfinar ta' koppla fuq tanbur forma ta' skorfina bi tmiem kantunieri li huma maghquda permezz ta' 16 -il pilastru Toskan. Id-dawra kollha tal-koppla hi mdawra b'numru ta' mensoli li fuqhom iddur il-gwarnica. Quddiem iz-zuntier hemm zewg piramidi u fuqhom jidhru s-simboli jew emblemi li ghandhom x'jaqsmu mal-misterju tat-Trasfigurazzjoni. Wiehed hu t-Taw, salib zghir bis-serpent ta' Mose u fl-ohra l-Fjamma tan-Nar, li jfissru meta Elija gie mahtur mill-karru tan-nar.
Il-kampnari huma mzejnin b'sett qniepen mill-aqwa tad-Ditta Taylor li kienu ingabu Malta fl-1947.
Il-Knisja parrokkjali minn gewwa hi ta' Ordni Toskan b'ghadd ta' elementi mehuda mid-Doriku Rinaxximentali. Hi arkitettura armonjuza li wie]ed jitpaxxa jhares lejha g]aliex kull angolu taghha hu mqieghed f'postu. Il-korsija tal-knisja hi mzejna b'erba' artali, kull wiehed imzejjen bi prospettiva sabiha tal-gebel.
Il-Kwadru titulari ta' din il-knisja jirraprezenta t-Trasfigurazzjoni ta' Sidna Gesu Kristu fuq il-muntanja Tabor. Dan il-kwadru tpitter minn Mattia Preti qrib is-sena 1698. Fih nsibu lil Kristu ma' Mose` u Elija u tliet appostli. Dan il-kwadru kien thallas mill-Kommendatur Vincenzo Valera u skond il-vizita pastorali ta' l-Isqof Cocco Palmieri 1708 - 1710, dan il-kwadru kien diga` f'postu fl-1709.
Il-kwadru li qieghed fil-kappellun tax-xellug juri l-Madonna tar-Ruzarju u hadmu Alessio Erardi u tpitter fl-1702. Fl-istess artal insibu sotto kwadru ta' l-Anglu Kustodju, xoghol Frangisku Zahra u sar fl-1757. Il-kwadru tal-Madonna tal-Karmnu fl-istess kappellun huwa xoghol Guiseppi Hyzler u sar f'nofs is-seklu dsatax. Fil-kappellun l-iehor insibu l-kwadru f'gieh is-Salib Imqaddes, mpitter minn Giuseppi Cali fl-1891. Fl-istess kappellun insibu zewg kwadri tassew sbieh, xoghol Mattia Preti. Fihom naraw lill-Evangelisti San Luqa u San Mattew. Il-kwadru tal-Madonna tal-Konsolazzjoni fl-istess kappellun tpitter minn Guzzeppi D'arena. Fil-korsija insibu erba' artali. Il-kwadru ta' San Alfons de Liguori sar fl-1877 u Hadmu Lazzru Pisani. F'din il-pittura iddahhlet wkoll Santa Rosalia bhala statwa, tifkira li darba dan l-artal kien iddedikat lil din il-qaddisa. Ma' l-istess naha insibu l-artal tal-Madonna ta`cintura mpitter minn Giuseppi Calleja fuq disinn ta' Guiseppe Hyzler f'nofs is-seklu dsatax. F'din il-pittura jidhru wkoll Santu Wistin, Santa Monika, Sant' Anna u San Gwakkin. Man-naha l-ohra tal-korsija int u diehel mill-bieb il-kbir insibu l-artal iddedikat lill-Immakulata Kuncizzjoni, xoghol iehor ta' Giuseppe Cali`. Iktar l-isfel insibu l-artal iddedikat lil San Pietru Appostlu u lil San Pawl Eremita u sar fl-1709.
L-apside ta' din il-knisja hi xoghol ta' pittura affresk, maghmula minn Ignazio Cortis fl-1873. Din il-pittura hi meqjusa fost l-aqwa xoghlijiet ta' Cortis u tirraprezenta lill-Missier Etern imdawwar bl-angli. Cortis pinga wkoll iz-zewg apside tal-kappeluni. F'tar-Ruzarju hemm impittra l-priedka ta' Gesu` fuq il-muntanja u fl-apside tal-kappellun tal-Kurcifiss hemm impittra d-dehra ta' Gesu fil-Limbu.
Ix-xoghol fuq il-pittura kollha tas-saqaf kif ukoll il-koppla tal-knisja gie fdat f'idejn il-pittur maghruf Guzeppi Cali`. Hu beda x-xoghol tieghu mill-koppla. Ghalkemm il-koppla minghajr flieli, Cali` kien kappaci jpitter f'dawra tond il-grajja tat-twelid ta' Gesu. Fl-erba' lunetti ta' taht il-koppla, Cali` pitter l-erba' profeti l-kbar tat-testment il-Qadim: Isaija, David, Danjel u Geremija. Fis-saqaf tal-kappeluni Cali` pitter lil Kristu jaghti l-imfietah tas-sema lil San Pietru, filwaqt li fil-kappellun l-iehor pitter il-laqgha ta' Gesu` mad-dixxipli ta' Emmaus. Fil-korsija insibu tlett grajjiet ohra mill-hajja ta' Kristu: il-laqgha ta' Gesu` mas-samaritana, il-qawmien ta' Lazzru u Gesu` jkellem lil Zakkew.
Fil-kor tal-knisja wiehed jista jammira x-xoghol sabih fl-injam tas-sedji tal-qassisin u l-abbatini kif ukoll il-gallariji li hemm fuqhom. Xoghol li nhadem fl-1728 fuq disinn ta' Mastru Nazju Portelli.
It-tuzell izzanzan fil-festa ta' l-1877. Il-patalotti tal-lama huma rrakkmati bid-deheb u saru f'Lyons fi Franza, fuq id-disinn ta' Pawlu Dimech minn Hal Lija. Is-sopraporti kollha li nsibu fil-knisja huma skulturati fl-injam u ghandhom stil Barokk. Il-pulptu sar fi zmien il-Kappillan Dun Karm Lia u kien inawgurat fil-31 ta' Lulju 1949. Il-ventartali tal-fidda li jintremaw fil-festa tas-Salvatur saru fl-1902. Annibale Preca u Andrea Zammit kienu hadmu hafna biex saru.
Fl-okkazzjoni tal-festa tal-Qalb ta' Gesu li ssir bl-akbar solennita fil-parrocca taghna, l-artal maggur jigi armat b'pavaljun kbir tal-bellus komplut b'kuruna ndurata bid-deheb. Dawn kienu saru fl-ewwel snin tas-seklu ghoxrin
|
|