Il-Knisja il-Qadima tas-Salvatur

Din il-knisja serviet bhala parrocca qabel ma nbniet il-knisja l-gdida u saret fuq il-pjanta ta' Glormu Cassar. Din hi wahda mill-eqdem knejjes li ghandna galiex kienet inbniet qabel il-migja tal-Kavallieri f'Malta.

 

 

L-Arkitettura ta' din il-knisja tixbah hafna lill-knejjes tar-religjuzi u fiha ma jezistix kor, izda korsija, zewg kappeluni, sagristija u koppla kbira bit-twieqi. Il-prospettiva ta' l-artal maggur fiha xoghol tabilhaqq artistiku ta' skultura qisha bizzilla. Din il-prospettiva, flimkien man-nicec li jinsabu fil-koppla u fuq kull naha ta' l-artal maggur, jindikaw li Tumas Dingli kellu sehem importanti f'dawn ix-xoghlijiet, li ghandhom xebh mill-qrib mal-knejjes tieghu ta' Santa Marija ta' Birkirkara u ta' H'Attard.

 

 
 

 

F'wiehed mill-artali nsibu prospettiva tal-gebel bil-kwadru tal-Madonna flimkien ma' San Bastjan u Santu Rokku. Din hija tifkira dejjiema ta' knisja li kienet nbniet f'dawn l-inhawi wara l-pesta ta' 1592-1593. Meta din il-knisja tkabbret, il-knisja ta' Santu Rokku u San Bastjan inhattet u din id-devozzjoni giet ittrasferita ghal din il-knisja.
Illum f'din il-knisja tezisti gabra ta' kwadri interesanti. Fil-kappelluni nsibu dawn it-tnejn: wiehed jirraprezenta l-Martirju ta' San Pawl - kwadru ta' Mattia Preti u l-iehor il-martirju ta' Sant' Agata - kwadru ta' Guzeppi D'Arena. F'din il-knisja ukoll insibu statwa antika ferm tal-injam li tirraprezenta l-Madonna tar-Ruzarju bil-Bambin Gesu`.

Tmiss ma' din il-knisja kemm hemm dik li t-Taljani jsejhulha 'Canonica', dar qadima li kienu joqoghdu fiha l-Kappillani kollha ta' Hal Lija. Illum il-Kappillan ghandu d-dar parrokkjali tieghu fi Pjazza Trasfigurazzjoni.

 

 
Website designed and maintained by Alistair Lowell.
COPYRIGHT Socjeta` Sant` Andrija Lija - Malta (2006)