IL-MITHNA UNIKA TA' HAL LIJA

Din il-Mithna unika tinsab fit-telgha li minn Hal Lija taghti ghal tal-Mirakli. Qabel ma giet imdawwra u mahnuqa minn tant vilel u bini li telghu f'dawn l-ahhar snin, din il-mithna ghaddiet minn storja varja u twila li wiehed qajla jsib xi haga miktuba fuqha. B'tant eghlieqi jhaddru madwarha, ir-rih kien jinfoh fil-qlugh taghha u hekk idawwar il-genla zonqrija li kienet tidres u tfarrak il-qamh fi dqiq, li mbaghad in-nies ta' l-inhawi kienu jixtru biex jahmu l-hobz ta' kuljum.

Lil hinn minnha xi djar antiki u xi rziezet qodma li whud minnhom ghadhom maghna, kienu jinsgu l-ambjent kwiet ta' l-inhawi - dak iz-zmien imsejjah Ghadir il-Bordi. Hal Bordi kien rahal ckejken bi ftit familji kollha bdiewa jew rahhala li flimkien ma` Hal Mann u Hal Lija kienu jiffurmaw zona t'ambjenti imxerrdin fi djar tal-kampanja.

Ir-rih kien jonfoh u jvenven l-aktar meta jkun gej minn naha tal-Imdina ghal fuq il-wita` enormi li tasal sa tal-Mirakli. B'hekk id-dirghajn felhana tal-qlugh, rari kien jonqoshom dik il-forza li ggeghlhom jitmattru halli l-qamh jaghmluh dqiq. L-injam iebes, li minnu dawn kienu mahduma, xi drabi kien jigref il-gebel minn barra kif ghadu jidher sa llum.

 

 
 

Din il-Mithna hija unika ghaliex tonda u sa llum ghadu hadd ma sab tifsira ghaliex giet mibnija hekk. Kien hawn minn azzarda jaghti xi tifsira bhal din:
Nafu li kien l-Granmastru Nikol Cottoner (1660-1680) li ta' spinta lill-ewwel mtiehen tar-rih. Nafu li dan il-Granmastru fl-1664 kien bena il-Knisja tal-Madonna tal-Mirakli li tinsab fil-qrib. Nafu ukol li magenb il-Mithna kienu nstabu xi oqbra, u allura, m'hiex haga kbira li l-Mithna, kif nafuha llum, giet mibnija fuq il-pedamenti u l-fdalijiet ta' dik il-kappella, u ghalhekk hija tonda. Ghalhekk nistghu nghidu li l-Granmastru Nikol Cottoner, barra milli haseb ghall-ghixien tan-nies ta' l-inhawi, bena gawhra ta' Knisja li ghadna ngawduha sa llum.

Din il-Mithna, bhal imtiehen ohra komplet tintuza ghal bosta snin - mhux biss fi zmien il-Kavallieri, izda ukoll wara li l-Ordni ta' San Gwann tkecca minn Malta fl-1798. Billi l-imtiehen kollha ta' Malta flimkien ma' propjeta` ohra kienu jkunu tal-Granmastru, kienu jigu amministrati minn fondazzjoni f'hajtu. Wara li jmut il-Granmastru, ammont kbir ta' propjeta` tieghu kienu jghaddu f'idejn l-Ordni u jigu amministrati mit-Tezor ta' l-Ordni. Hekk l-imtiehen tar-rih spiccaw kollha propjeta` ta' l-Ordni ta' San Gwann. Wara l-1798 l-imtiehen ghaddew f'idejn il-Francizi u fl-1800 f'idejn l-Inglizi.

L-importanza ta' dawn l-imtiehen tar-rih bdiet tonqos meta dehru l-ewwel imtiehen li jahdmu bl-steam. X'aktarx li baqghu jahdmu sa l-ewwel tletin sena tas-seklu ghoxrin. Billi kull mithna kienet tkun mikrija mill-Gvern lil dawk li jithnu l-qamh, meta dawn waqfu, l-aktar li bdew jintuzaw kien minn haddieda li x-xoghol taghhom kien li jaghmlu ghodda tal-bennejja. Ghalhekk f'uhud minnhom instabu sinjali ta' gebel mahruq fejn kienet tkun il-forga. Kaz bhal dan insibuh fil-Mithna ta' Hal Lija fejn in-nar tal-forga ghamel hsara fil-gebla. Izda din il-Mithna ma sofrietx biss in-nar tal-forga, izda wkoll minn hruq estensiv li sar kemm il-darba go fiha.

Bi pjacir ninnotaw li wara hafna talbiet minn kull min japprezza l-patromonju bhal dan, il-Gvern fl-1991, ha hsieb li din il-Mithna unika ghal pajjizna tigi irrestawrata b'mod professjonali. Illum din il-Mithna taqa' that ir-responsabbilta` tal-Kunsill Lokali Lija u fiha issiru numru ta' wirjiet u attivitajiet ohra.

 
 
Website designed and maintained by Alistair Lowell.
COPYRIGHT Socjeta` Sant` Andrija Lija - Malta (2006)