![]() |
Origini ta' l-Isem ta' Hal Lija Hal Lija huwa rahal li fih insibu ghadd sabih ta' djar tas-seklu XVIII u vilel. Fost il-vilel insibu dik ta' Preziosi u Parisio. Minhabba dawn u ghadd ta' ohrajn, dan ir-rahal sar maghruf bhala 'Villa Lija', biex b'hekk itik x'tifhem li Hal Lija huwa villa wahda minn tarf sa l-iehor tar-rahal. Il-motto ta' dan ir-rahal sabih huwa: 'Suavi Fructo Rubeo' - Bi frott helu Nhammar, u bir-ragun kollu ghax dan ir-rahal jaghmel wisq laring u hu meqjus li fih tinstab l-akbar industrija ta' din il-frotta. Sfortunatament, il-gonna qed jonqsu, bl-izvillup kontinwu li qed issir bla razan, anki fil-qalba tar-rahal. Sal-1594, Hal Lija kien ghadu jaghmel mal-matrici ta' Birkirkara, ghalhekk kellu lil Santa Liena bhal protettrici tieghu. Madankollu fi-6 ta' Frar ta' 1594, Hal Lija inqaghta bhala parrocca ghalih tant il-protezzjoni ta' Sidna Gesu Kristu Salvatur. Fl-1610, iz-zewg irhula zghar ta' Hal Mann u Hal Bordi fil-periferija tal-parrocca inghaqdu taht il-harsien tal-parrocca ta' Hal Lija. Bi zmien ix-xaqliba tal-Iklin kiber sewwa u ghalhekk inhass il-bzonn li qassis jiehu hsieb id-dmirijiet spritwali ta' din iz-zona. Fid-19 ta' Marzu tas-sena 2005 l-Iklin inqaghta parrocca ghalih taht il-protezzjoni tal-Familja Mqaddsa
|
Website designed and maintained by Alistair Lowell. COPYRIGHT Socjeta` Sant` Andrija Lija - Malta (2006) |