![]() |
|
L-istatwa tas-Salvatur L-istatwa tas-Salvatur maghmula mill-kartapesta hi wahda mill-isbah statwi li hawn fil-gzejjer Maltin. Din inhadmet fl-1864 mill-istatwarju Malti Karlu Darmanin fi zmien il-Kappillan Dun Salv Parnis. Kienet ilha x-xewqa tan-nies ta' Hal Lija li sir din l-istatwa u ghalhekk il-Kappillan Parnis kien nieda konkors ghal din l-istatwa u kien intghazel l-abbozz ta Darmanin. Izda dan kien biddel l-abbozz originali meta gie biex jaghmel l-istatwa billi nehha l-figuri tat-tliet appostli. Il-bradella ta' l-istatwa tas-Salvatur inhadmet minn Mastru Vincenzo Vassallo tal-Birgu fl-1926. Il-Perit Alfred Zammit ta' Hal Lija ghamel id-disinn taghha.
|
Website designed and maintained by Alistair Lowell. COPYRIGHT Socjeta` Sant` Andrija Lija - Malta (2006) |