| |
L-Armar tal-festa
Fis-sena 1864, saret il-vara maeztuza tas-Salvatur, xoghol il-maghruf artist Senglean Karlu Darmanin(Karlozz). Qabel ma saret din il-vara hekk sabiha, il-purcissjoni tas-Salvatur li kienet tigi ccelebrata propju fil-jum tas-6 ta’ Awissu, kienet issir biss bl-ostensorju u xejn izjed. F’dawn iz-zminijiet ta’ qabel din is-sena (1864), zgur li f’Hal Lija ma kien jezisti l-ebda armar jew xi tizjin fit-toroq ghal okkazzjoni tal-festa titulari. Il-bzonn tat-tizjin fit-toroq beda jinhass wara li saret il-vara tas-Salvatur. L-ewwel ftit armar li sar ghall-festa sar meta Hal Lija ma kien ghadu jezisti l-ebda Kazin. L-ewwel armar sar bejn is-snin l-1864 u l-1877 u fi zmien il-Kappillan Dun Salv Parnis u ta’ warajh Dun Anton Grech Falzon. Il-ftit armar li kien jezisti f’dawn is-snin ghamlitu il-knisja u kien jintrama quddiem il-knisja parrokkjali. Il-Kazin Liense wara l-ftuh tieghu fl-1878, bdew jahdmu l-armar ghall-festa tas-Salvatur. L-ewwel bicca armar li saret kienet il-kuruna fuq disinn tas-Sur Vincenzo Busuttil. Dan l-armar kien ta’ hegga u kuragg ghall-Kazin Sant’Andrija. Il-membri tal-kazin kellhom ghajnejhom miftuhin berah fuq dak li kien qed jaghmel il-Kazin Liense, tant hu hekk li l-ewwel bicca armar li ghamlu kienet ‘il-kuruna’ li kienet tintrama biswit il-Knisja ta’ Sant’ Andrija, fuq disinn tas-Sur Luigi Engerer Preca. L-ahhar li ntramat kienet ghall-Festi Centinarji fl-1932. Wara saru bosta trofej, pilandri, brazzi tal-hadid bit-tazzi taz-zejt u ohrajn ghall-bnadar li kienu jitwahhlu mal-hajt. Saru sahansitra zewg statwi artistici, dik ta’ Melkisedek, maghrufa bhala ‘tal-Markiz’, xoghol l-istatwarju Karlu Darmanin, dak li ghamel l-istatwa artistika tas-Salvatur u l-ohra ta’ Mosè fuq dak il-pedistall gholi. Wara, meta dahlet is-sistema tad-dawl elettriku, saru l-festuni tad-dawl ghat-toroq ta’ l-inhawi.
Il-parti li kienet tintrama mill-Kazin kienet, il-pjazza ta’ hdejn il-Knisja ta’ Sant’ Andrija, Triq Sant’ Andrija, Triq Annibale Preca u Triq il-Kbira (minn hdejn il-Kappella ta’ Santa Marija sa hdejn il-Percius). Wara, mis-sena 1947, is-Socjetà bdiet tiehu hsieb tarma wkoll parti minn Triq il-Forn (minn fejn joqghod Dun Guzepp Fenech sa hdejn il-Knisja ta’ Sant’ Andrija). Il-Kazin kien hatar kummissjoni minn fost il-membri specifikament biex jiehdu hsieb l-armar. Ovvjament matul is-snin l-armar zdied. Zdiedu pilandri godda, trofej, pavaljuni godda, kif ukoll statwi godda. L-ahhar progett li dahlet ghalih is-Socjetà, kienet il-faccata tal-kazin, fejn fuq medda ta’ tliet snin inghatat dehra totalment gdida fil-granet tal-festa tas-Salvatur. Saru sett ta’ erba’ angli artistici mal-faccata tal-Kazin, xoghol l-artist Ghawdxi James Azzopardi. Matul l-ahhar snin rega’ beda r-restawr ta’ l-armar kollu tal-kazin mill-membri stess. Hija drawwa tal-Kazin li kull sena jigi mzanzan armar gdid ghal festa tas-Salvatur. Il-Kazin kien u ghadu jiehu hsieb ukoll jarma Triq Sant’ Andrija b’armar specifiku ghall-festa devota tal-Qalb tal-Gesù.
Orkestra Mandolinistika Sant’ Andrija
Fl-1922, twaqqfet l-Orkestra Mandolinistika Sant’ Andrija fil-kazin, xoghol u tahbit tas-Segretarju tal-Kazin u Surmast Direttur Antonio Azzopardi. Din l-orkestra biz-zmien ifflorixxiet u minn bidu iebes bi ftit muzicisti, malajr thajru ohrajn bl-entuzjazmu u l-ghaqal tas-surmast taghha. Din l-orkestra kienet tikkonsisti f’kitarri, mandolini u anki vjolini, sett ta’ qniepen li ghadhom jinzammu fil-kazin bl-akbar ghozza u fuq kollox b’Surmast Direttur bravu fil-persuna ta’ Antonio Azzopardi.
Fl-iljieli sajfin din l-orkestra kienet tohrog iddoqq fit-toroq tar-rahal. Waqt li jkunu ghaddejjin, kulhadd kien jixref barra t-triq biex jisma’ l-melodija u d-daqq ferriehi. Din l-orkestra tas-Surmast Ninu Azzopardi damet fl-aqwa taghha sas-sena 1928, u ghaz-zewg kuncerti ta’ prova ta’ kull gimgha, zgur li hadd mill-mandolinisti ma kien jonqos. Din l-orkestra ssahhet biz-zmien fin-numru ta’ muzicisti u bl-entuzjazmu tas-Surmast Antonio Azzopardi kienet ukoll tesegwixxi mhux bicciet ta’ muzika popolari biss, izda bicciet klassici wkoll, bhal sinfoniji u bcejjec minn opri. Fil-gnien tal-kazin tas-Socjetà, l-orkestra bdiet taghmel serati muzikali, fejn is-soci, il-familjari u l-poplu ta’ Hal Lija kien jattendi bi hgaru. Izda gara li ghal xi raguni jew ohra, il-Kappillan ta’ dak iz-zmien, Dun Anton Buhagiar avvicina lill-membri tal-Kumitat, biex jekk hu possibbli dawn is-serati, ghalkemm leciti u ferm onesti, jigu sospizi. Il-Kumitat ta’ dak iz-zmien ghalkemm konxju mill-fatt li dawn is-serati kienu jigu organizzati b’serjetà kbira, u ma kien hemm zgur ebda lok ta’ abbuz, cediet u obdiet ix-xewqa tal-Kappillan u m’ghamlithomx izjed.
Banda
Ghalkemm din is-Socjetà kellha orkestra, din qatt ma qalbet ghal dik li nafuha illum bhala banda, b’danakollu minn dejjem kienet iggib baned barranin idoqqu ghall-festa tas-Salvatur. Il-baned kienu jdoqqu f’lejliet u nhar il-festa. Dawn l-ewwel kienu jaghmlu marc mat-toroq, imbaghad jesegwixxu programm muzikali fuq plancier fil-pjazza ta’ quddiem il-kazin. Illum il-baned qed jigu jdoqqu fil-granet tat-Tridu.
Il-Marc ta’ l-Istilel
Fl-imghoddi f’lejliet il-festa kien isir marc ferm popolari, u aktarx kien l-uniku wiehed tax-xorta tieghu f’Malta. Dan kienu jsejhulu ‘l-Marc ta’ l-Istilel’. Dan il-marc, l-istess bhal hafna ohrajn, ma baqax isir minn meta dahlet is-sistema tad-dawl elettriku, ghax minflok bdew jintramaw il-festuni bil-bozoz tad-dawl. Ghal dan il-marc il-Kazin kien jaghmel sitta, hekk msejha bandalori, erbgha kbar u tnejn zghar, stilla tal-hames ponot kbar, raggiera kbira bis-simbolu tal-kalci, u salib ta’ Malta bil-kuruna fuqu, kollha bid-dawl fihom. Dawn kienu jikkonsistu f’qafas b’listi zghar miksijin bil-karti tat-tajr u gewwa fihom tazzi bojod taz-zejt u cimblor bil-ftila tat-tajjar, imbaghad jitwahhlu fuq injama ohra biex ikunu jistghu jingarru waqt il-marc. Wiehed ried joqghod ferm attent biex jimxi bihom, ghax jekk ixerred iz-zejt mit-tazzi dawn setghu jaqbdu facilment.
L-Ghada tal-festa
L-ghada tal-festa, is-soci kienu jqumu kmieni biex izarmaw l-armar kollu tas-Socjetà. Ghall-ikla ta’ nofs in-nhar kienu jhobbu jaghmluha fil-hanut ta’ Masu Pirotta (it-Tissu) hdejn il-Knisja ta’ Sant’ Andrija. Dan il-hanut illum m’ghadux jezisti, minfloku hemm dar privata bl-isem ta’ ‘Josmel’. Kien hemm zmien meta l-ikla kienet issir fil-kazin stess. Illum l-ikla ghall-voluntieri kollha li hadmu tul il-festa ssir fil-gnien tal-kazin, u fil-gimgha ta’ wara l-festa tigi organizzata ikla go ristorant.
Ix-Xalata tal-Festa
Ta’ kull sena wara li tkun ghaddiet il-festa, is-soci kienu jqattghu gurnata xalata f’San Pawl il-Bahar. Ghal din l-okkazjoni kienu jikru l-karozzini jew omnibus, jarmawhom bil-weraq tal-palm, fanali kbar li jinxteghlu bix-xemgha, u anki gassijiet, li kienu jinxteghlu meta jkunu gejjin lura lejn ir-rahal fid-dlam. F’wahda minn dawn ix-xalati ta’ kull sena, dik tal-Hadd, 19 ta’ Awissu, 1917, grat disgrazzja kbira, fejn guvni ta’ 18-il sena, socju tal-Kazin ghereq go San Pawl il-Bahar.
|
|