125 Anniversarju mit-Twaqqif tal-Kazin Socjeta Sant’ Andrija Villa Lija 1880 - 2005

Il-preparamenti

Is-sena 2005 kienet sena specjali ghall-Kazin Socjeta Sant’ Andrija fejn fakkarna 1-125 anniversarju mit- twaqqif tas-Socjeta mis-Sur Luigi Agius fl-1880. Il-kumitat kien ilu ghal dawn 1-ahhar hames snin jiddiskuti u jippjana l-ahjar mod biex jiccelebra dawn il-festi ta’ l-aktar Kazin li ilu jezisti f dan ir-rahal. Il-kumitat fetah dawn il-festi b’wirja dwar il-Fundatur u l-Presidenti kollha tas-Socjeta fil-Festa tas-Salvatur tal-2004. Din il- wirja, li saret fil-Kazin tas-Socjeta, kienet tikkonsisti f’inkwatri tal-Fundatur u l-Presidenti kollha tas-Socjeta. Ta’ min jghid li mis-sena 2000, il-Kazin beda jahdem ukoll biex il-faccata tal-kazin ikollha armar [did fil-granet tal- festa. Sar disinn u fil-fatt kull sena beda jizdied armar [did, sakemm fdawn l-ahhar sentejn tlesta x-xoghol kollu permezz ta’ erba’ angli artistici mahduma mis-Sur James Azzopardi tan-Nadur, Ghawdex. Tnejn minn dawn l- angli izzanznu fil-festa tas-Salvatur tas-sena 2004, u tnejn ohra ta’ biswit il-bieb principali tal-kazin izzanznu fis- sena 2005.

Logo tal-anniversarju

Il-kumitat haseb biex jiddisinja logo ghal dawn il-festi, u fl-ahhar tas-sena 2004 dan il-logo gie nawgurat mal-faccata tal-kazin tas-Socjeta biex jinxteghel tul is-sena kollha. Mal-logo ntghazel il-kliem daqstant meqjus u adattat:

‘125 Sena ta’ Storja u Hidma Kulturali f’Hal Lija’

Tfassil tac-celebrazzjonijiet

Kif bdiet is-sena 2005, giet imsejha il-Laqgha Generali Annwali fejn intghazel kumitat [did li kellu r- responsabbilta li jikkoordina x-xoghol kollu li kien diga mfassal mill-kumitat ta’ qabel u jfassal il-programm ufficcjali ta’ celebrazzjonjiet tal-festi specjali tal-125 sena. Fil-laqghat tal-kumitat bdew jigu diskussi f’aktar dettal il-pjanijiet u l-ahhar preparamenti. Il-qofol ta’ dawn il-festi kellhom jigu ccelebrati fil-jiem tal-festa tas- Salvatur, fil-festa ta’ Sant’ Andrija Appostlu u Martri, patrun tas-Socjeta, kif ukoll fil-granet tant sbieh tal-Milied.

Gieh Hal Lija – l-oghla unur lokali ghas-Socjeta

Propju f’Jum Hal Lija li jigi ccelebrat ta’ kull sena mill-Kunsill Lokali fis-6 ta’ Lulju, il-Kunsill Lokali Hal Lija ghogbu jonora lis-Socjeta taghna bl-aktar unur prestigjuz – dak ta’ Gieh Hal Lija – ghall-kontribut kulturali li s-Socjeta taghna minn dejjem tat tul dawn il-125 sena. Kif jaf kulhadd, Gieh Hal Lija huwa l-oghla unur lokali li jinghata lil xi individwu jew entita li tahdem ghall-gid komuni tar-rahal taghna, u grazzi ghall-impenn kulturali li s-Socjeta dejjem hadmet ghalih tul dawn il-125 sena, dan il-premju zgur li kien misthoqq u meritat. Dan il-gieh imliena b’kuragg kbir biex inkomplu nahdmu bla heda ghall-gid tar-rahal taghna fil-qasam kulturali kif dejjem ghamilna tul dawn l-ahhar 125 sena. Minn hawn pubblikament nirringrazzja lill-Kunsill Lokali Hal Lija ta’ dan il- gieh hekk prestigjuz.

Il-ftuh tac-Celebrazzjonjiet

L-impenji tas-Socjeta ghall-festa tas-Salvatur fethu b’Lejla Maltija grandjuza fil-pjazza ta’ quddiem il-kazin, li saret b’kollaborazzjoni mal-Kunsill Lokali Hal Lija. Barra li kien hemm diversi kantanti stabbiliti, il-kumitat tas- Socjeta ha l-opportunita biex jippromwovi t-talent Lijan permezz ta’ kantanti zghar u zghazagh minn Hal Lija. Ghal l-ewwel darba il-palk gie armat biswit il-Kappella ta’ Santa Marija u b’hekk kien aktar spazjuz u jidher minn kull rokna tal-pjazza. Kien hemm attendenza numeruza u dan ghinna mhux ftit biex intaffu l-ispejjez kbar li Socjeta kellha taghmel biex ticcelebra dawn il-festi specjali.

Il-qofol tac-celebrazzjonijiet

Wara snin ta’ stennija l-jum maghzul biex jigi mfakkar dan l-anniversarju wasal! Il-Hadd, 31 ta’ Lulju, 2005, jibqa’ mfakkar b’ittri tad-deheb fl-istorja tas-Socjeta. Ghal din l-okkazjoni, l-kumitat ha hsieb jipprepara programm specjali. Sabiex din il-gurnata tkun verament wahda memorabbli u dinjituza, il-kumitat ha hsieb jistieden lill-President ta’ Malta, l-E.T. Dott. Edward Fenech Adami, flimkien ma’ diversi ministri, deputati, is- Sindki ta’ Hal Lija u ta’ l-Iklin, kunsillieri, il-W.R. Mons. C. Scicluna, li kien hawn fostna biex jippresjiedi dawn ic-celebrazzjonjiet flimkien mal-W.R. Kappillan u l-kleru tal-parrocca, id-Direttur Spiritwali Dun Salv Sammut, u diversi mistiedna distinti.

Mumenti memorabbli

Il-President gie milqugh mill-President u l-kumitat tas-Socjeta fil-pjazza ta’ quddiem il-kazin. Wara li l- President ta’ Malta gie mdawwar mill-President tas-Socjeta, akkumpanjat mill-kumitat, mas-swali tal-kazin, gie moghti taghrif dwar l-istorja tal-Kazin waqt li gie muri d-diversi nkwatri u pitturi li jinsabu fis-swali li wahedhom jirrakkontaw l-istorja glorjuza ta’ dan il-Kazin. Wara, fuq stedina tal-President tas-Socjeta, gie iffirmat il-ktieb tal-personalitajiet distinti mill-E.T. Dott. Edward Fenech Adami.

Wara, il-President ta’ Malta u s-Sinjura tieghu gew milqugha b’capcip kbir minn dawk kollha prezenti fil- gnien tal-kazin. Wara li saret introduzzjoni ta’ l-okkazjoni mis-Sinjura Brigitte Scifo, membru tas-Socjeta, is- Sindku ta’ Hal Lija, s-Sinjura Magda Magri Naudi giet mistiedna taghmel diskors ta’ l-okkazjoni, fejn fost l- ohrajn fahhret il-hidma ma taqta’ xejn ta’ din is-Socjeta b’risq il-kultura fir-rahal taghna u awgurat li l-hbiberija li tezisti u l-kollaborazzjoni li dejjem kien hemm bejn iz-zewg entitajiet tkompli tissahhah u tiggedded fis-snin li gejjin. Fl-ahhar tad-diskors taghha saru numru ta’ prezentazzjonijiet ta’ l-okkazjoni.

Prezentazzjoniet

Is-Sindku ta’ Hal Lija, s-Sinjura Magda Magri Naudi, fisem il-Kunsill Lokali pprezentat standart ta’ Hal Lija lill-President tas-Socjeta biex jibqa’ jinzamm bl-akbar ghozza fis-sala principali tal-kazin. Wara kien imiss lill-W.R. Kappillan Dun David Gauci biex jaghmel id-diskors tieghu u pprezenta f’ismu u f’isem il-kleru tal- parrocca plattin tal-fidda b’tifkira ta’ dan l-anniversarju. Il-President tal-Kazin tal-Banda San Pio X, s-Sur Louis Caruana, ipprezenta tazzi kommemorattiva b’tifkira ta’ din l-okkazjoni, filwaqt lill-President tal-Kazin tal-Futbol, is-Sur Charles Scerri, ipprezenta tazza kommemorattiva. Min-naha taghhom l-Ghaqda Festi Esterni, permezz tal- President taghhom, ipprezentaw plattin tal-fidda ghal din l-okkazjoni. Prezentazzjoni ohra saret mis-Surmast Raymond Fenech li pprezenta L-Innu Marc LillKazin Sant’ Andrija fuq kompozizzjoni tieghu stess. Il-President ta’ L-Ghaqda Muzikali Sant’ Andrija ta’ Hal Luqa pprezenta nkwatru li juri l-martirju ta’ Sant’ Andrija, flimkien ma’ marc miktub mill-Ass. Surmast ta’ l-istess Ghaqda, Mro. Michael Pulis, bl-isem ta’ Lil Sant’ Andrija ta ’ Hal Lija. Wara dawn il-prezentazzjonjiet kien imiss lill-President tas-Socjeta, is-Sur Joseph Portelli, li jaghmel il- prezentazzjonjiet f’isem is-Socjeta permess ta’ plattini tal-fidda li jfakkru l-125 Anniversarju. Dawn inghataw lill- Kunsill Lokali Hal Lija, lill-W.R. Mons. C. Scicluna, lil W.R. Kappillan, Dun David Gauci, lid-Direttur Spiritwali Dun Salv Sammut, lill-Kazin tal-Banda San Pio X, lill-President tal-Ghaqda Festi Esterni, lis-Surmast Raymond Fenech, u lill-President tal-Ghaqda Muzikali Sant’ Andrija ta’ Hal Luqa. Fl-ahhar, il-President ipprezenta kopja tal-Innu Marc lill-Kazin Sant’ Andrija lill-President tal-Banda San Pio X biex dan ikun jista’ jindaqq kull meta l- Banda San Pio X tghaddi ddoqq minn quddiem il-Kazin Sant’ Andrija.

Diskorsi tal-Presidenti

Wara dawn il-prezentazzjonijiet, kien imiss lill-President tas-Socjeta Sant’ Andrija, is-Sur Joseph Portelli, biex jaghmel id-diskors ta’ l-okkazjoni. Diskors imqanqal li fih gabar il-hidma kollettiva ta’ diversi snin ta’ preparazzjoni biex stajna llum naslu biex niccelebraw dan l-anniversaiju daqshekk importanti. Anniversarju li fih, is-Socjeta kompliet turi l-impenn taghha dejjem jikber lejn il-kultura popolari ta’ dan ir-rahal helu ta’ Hal Lija. Il- President fakkar li llum stajna niccelebraw dan l-anniversarju, grazzi ghall-pedamenti sodi li lkoll sibna minn dawk li gew qabilna, fosthom tal-fundatur u l-wwwel President, is-Sur Luigi Agius, li b’kuragg ta’ sur waqqaf din is-Socjeta fuq sisien sodi. Il-President fakkar li l-kumitat kompla jahdem u jistinka u ghal dawn il-festi bi pjacir jara lil E.T. Dott. Fenech Adami u s-Sinjura tieghu bhala l-mistednin principali ta’ dawn ic-celebrazzjonijiet, biex jinawguraw l-Istatwa Majestuza ta’ l-Appostlu u Martri Sant’ Andrija, patrun tas-Socjeta fil-gnien tal-kazin, xoghol Anglu Agius ta’ Agius Stonework, kif ukoll l-angli artistici mal-faccata tal-kazin tas-Socjeta, xoghol artistiku ta’ James Azzopardi tan-Nadur, Ghawdex. Fl-ahhar tad-diskors tieghu irringrazzja lil kulhadd tal- kooperazzjoni u l-hidma sfieqa li saret biex setghu jigu ccelebrati dawn il-festi. Il-President ikkonkluda l-indirizz tieghu billi pprezenta inkwatru kbir tal-fidda b’ritratt tas-Salvatur lill-E.T. Dott. Fenech Adami biex jibqa’ tifkira dejjiema ta’ din l-okkazzjoni.

Min-naha tieghu, il-President ta’ Malta irringrazzja lis-Socjeta ta’ l-ghotja daqstant memorabbli u se tibqa’ tifkira tal-migja tieghu fil-kazin. Fid-diskors tieghu, il-President elenka x-xoghol volontarju li jsir minn diversi socjetajiet ghax huma parti mil-qafas tas-socjeta Maltija. Hu qal li fil-Parlament kienet ghaddejja d-diskuzzjoni fuq il-volontarjat u stqarr li dawn ghandhom jinaghtaw l-importanza li jixirqilhom ghax hafna drabi issir hafna xoghol minn wara l-kwinti li ma jigix apprezzat. Fl-ahhar tad-diskors tieghu, awgura mill-qalb lis-Socjeta aktar snin ta’ hidma u rringrazzja lill-President u l-kumitat tas-Socjeta ta’ l-istedina li saritlu biex ikun jista’ jippresjedi fdawn il-festi tal-125 Sena.

Kxif ta’ l-istatwa

Wara kien imiss il-kxif ta’ l-istatwa tal-patrun tas-Socjeta mill-President ta’ Malta flimkien ma’ rhama kommemorattiva li tfakkar dawn il-festi tal-125 sena. Indaqqet fanfarra ta’ l-okkazjoni mill-Banda San Pio X mal-kxif ta’ l-istatwa. Qabel ma sar it-tberik ta’ l-istatwa, il-W.R. Mons. C. Scicluna qara u pprezenta l-Barka tal- Papa Benedittu XVI lill-President tas-Socjeta flimkien ma’ ritratt kommemorattiv tal-papa l-gdid, Benedittu XVI. Id-Direttur Spiritwali tas-Socjeta bierek u inawgura l-angli artistici mal-faccata tal-kazin. Wara, il-mistednin kellhom l-okkazjoni li jiltaqghu personalment mal-President ta’ Malta u s-Sinjura Fenech Adami waqt ir- reciviment li sar fil-gnien tal-kazin.

Ritratti kommemorattivi

Wara c-cerimonja ta’ l-inawgurazzjoni tal-istatwa ta’ Sant’ Andrija u l-angli artistici, ittiehdu diversi ritratti ta’ l- okkazjoni, fosthom mal-President ta’ Malta u s-Sinjura Fenech Adami flimkien mal-President u l-kumitat tas- Socjeta, is-Sindku ta’ Hal Lija u l-Kappillan. Ritratti ohra ufficjali ttiehdu ma’ Anglu Agius ta’ Agius Stonework u l-artist Ghawdxi James Azzopardi, il-protagonisti tal-opri l-godda li kienu ghadhom kien gew inawgurati. Ritratt ufficcjali kollettiv ittiehed tal-Ghaqda Muzikali Sant’ Andrija ta’ Hal Luqa u s-Socjeta taghna.

L-impenji tal-festa

Din is-sena wkoll, bhas-snin l-ohra, is-Socjeta hasbet biex tistieden il-baned biex iferrhu l-poplu Lijan kif ukoll lil dawk li jigu jaqsmu l-ferh maghna mat-toroq ta’ Hal Lija. Fl-ewwel jum tat-Tridu tas-Salvatur, kien imiss ghal darb’ohra lill-Banda Sant’ Andrija ta’ Hal Luqa, taht id-direzzjoni tas-Surmast Direttur Mro P. Schembri, biex taghmel il-marci popolari taghha. Min-naha taghha il-Banda San Pawl ta’ San Pawl il-Bahar, taht id- direzzjoni tas-Surmast Direttur Mro C. Cachia, ghamlet il-marc brijuz fit-Tieni jum tat-Tridu tas-Salvatur fit- toroq tal-qalba tar-rahal. Kien hemm xeni ta’ ferh, briju, innovazzjonjiet u fuq kollox baned armati bl-aqwa marci. Ghall-ewwel darba ndaqqu ‘l-Innu Marc lill-Kazin Sant’ Andrija’ u l-marc ‘Lil Sant’ Andrija ta’ Hal Lija’ fost il- ferh u l-briju tad-dirigenti, membri u l-poplu ta’ Hal Lija li assistew numeruzi ghal dawn il-marci.

L-ikla tal-festa

Is-Socjeta ghalqet l-impenji taghha ghall-festa tas-Salvatur b’ikla ghall-membri u l-hbieb f’All Saints Bar & Restaurant, il-Qawra. F’din l-okkazjoni gie muri l-video tac-celebrazzjonijiet tal-125 anniversarju li saru fil- festa tas-Salvatur. Dan sar b’kollaborazzjoni bejn ‘Blue Eye Media’ u ‘Darlow Productions’.

Festa ta’ Sant’ Andrija

Wara li ghaddiet il-festa tas-Salvatur, u zzarma l-armar tat-toroq konness mal-festa, il-kumitat minnufih beda jahdem fuq il-festa ta’ Sant’ Andrija Appostlu u l-festi tal-Milied. Fit-30 ta’ Novembru, 2005, il-kumitat organizza quddiesa kantanta ta’ radd il-hajr fil-Knisja Parrokkjali li tmexxiet mill-Kappillan u l-kleru kollu tal- parrocca, flimkien ma’ sacerdoti minn Hal Lija li jaghtu s-servizz taghhom barra l-parrocca. Il-kor tal-parrocca ‘Tabor’ anima din il-quddiesa. Il-kumitat stieden lill-Kazini u l-Ghaqdiet kollha ta’ Hal Lija ghal din il-quddiesa kif ukoll ghar-riceviment li sar wara fil-kazin tas-Socjeta.

Presepju haj ghall-Milied 2005

Il-preparamenti ghall-Milied kienu ilhom li bdew minn kif ghaddiet il-festa. Il-kumitat ha hsieb biex fdan l-anniversarju jaghti rigal lill-poplu ta’ Hal Lija permezz ta’ presepju haj li gie pprezentat fi Triq Sant’ Andrija. Fil-fatt is-Sibt, 10 ta’ Dicembru, 2005, sar il-ftuh ufficjali mill-Vici Prim Ministru Dott. Tonio Borg u tbierek mill-W.R. Kappillan Dun David Gauci. Wara sar riceviment fil-kazin fejn fost il-mistednin kien hemm il-Vici

Prim Ministru u s-Sinjura Borg, is-Sindku, kunsillieri, u kif ukoll il-Kappillan ta’ Hal Lija. Dan il-presepju sar b’kollaborazzjoni mal-Kunsill Lokali ta’ Hal Lija.

L-ahhar celebrazzjonijiet

Ic-celebrazzjonijiet tal-125 Anniversarju kienu resqin fit-tmien. Madankollu, il-hidma kollettiva tal- kumitat baqghet ghaddejja b’ritmu mghaggel, u l-Gimgha, 23 ta’ Dicembru, 2005, sar Get-Together kbir fis-swali tal-kazin ghall-membri u l-hbieb tas-Socjeta. F’din l-okkazjoni saru diskorsi li jfakkru fit-tmien ta’ dawn il-festi. Is-Segretarju, fisem il-kumitat u l-membri, pprezenta arlogg tal-fidda lill-President tas-Socjeta bhala rikonnoximent tal-hidma tieghu b’risq is-Socjeta kif ukoll bhala tifkira ta’ dawn il-festi tal-125 Anniversarju.

Fl-ahhar u mhux l-inqas rega’ gie organizzat il-^arty tat-tfal li sar nhar l-Erbgha, 4 ta’ Jannar, 2006. Kien hemm attendenza numeruza, b’hafna mit-tfal akkumpanjati mill-genituri taghhom.

Konkluzjoni

Meta wiehed ihares lura lejn is-Sena 2005, bla dubju jinnota b’sodisfazzjon li kienet sena impenjattiva ferm, fejn il-President u l-kumitat tas-Socjeta, flimkien mal-membri, hadmu bla heda biex jaraw li dawn il-festi jigu ccelebrati b’sodisfazzjon ghal kulhadd. Barra minn dawn l-attivitajiet, bord imwaqqaf fi hdan il-kumitat kellu r-responsabbilta li johrog il-programm specjali tal-festa li kien edizzjoni specjali tal-125 Anniversarju, kif ukoll il-programm tal-Milied u l-kalendarju ghas-sena 2006. Barra dan ix-xoghol, sar xoghol estensiv ta’ rinnovar fil- bar tal-kazin.

Naghlaq billi nirringrazzja minn qalbi fisem il-President u l-kumitat lil diversi individwi li ghenu mhux ftit biex stajna niccelebraw dawn il-festi hekk sbieh mifruxa tul is-sena 2005. Jalla dawn il-festi jghinuna biex inkomplu nahdmu bla waqfien b’risq il-kultura popolari ta’ dan ir-rahal helu ta’ Hal Lija. Socjeta Sant’Andrija ghandha futur tassew sabih u thares lejn il-gejjieni b’kuragg kbir imsejjes fuq il-hidma volontarja ta’ tant membri u zghazagh li jahdmu bla heda ghall-gid tal-Kazin Socjeta Sant’ Andrija.

 

Miktuba mis-Segretarju tal-Kazin Socjeta Sant’ Andrija, is-Sur Stephen Azzopardi (2005)

 

Top