Innu Marċ lill Każin Sant’ Andrija Lija

Ħal Lija f’qalbna
Kburin ferm bis-Salvatur.
Raħal mogħni b’nies qalbiena;
B’ħeġġa kbira qalbna tfur.
Mosè l-profeta,
Kbir Melkisedek qassis
Imexxuna
Isaħħuna
Biex lil Kristu nfittxu biss.

Maż-żmien sebbaħna
Dal-każin bi storja w unur.
Ta kull sena iferraħna
Fil-festa tas-Salvatur.

Patrun appostlu
Li ħabb dejjem lill-Mulej.
Sant’Andrija
Iqawwina
Għax lil Kristu żamm b’mexxej. (x2)

Trio: Inkantaw u nagħmlu festa
Nallegraw, niċċelebraw.
Għax dan hu l-jum ta’ għaqda fostna frott il-ħidma ta’ xulxin.
Inkantaw u nagħmlu festa
Nagħtu ġieh lil Sid is-sliem
Għax dan hu l-jum li Kristu jdawwalna u jżommna magħqudin.

Feddej kbir inti salvajtna.
Ferħanin nagħtuk tifħir
Għax dan hu l-jum ta’ ġrajja ħajja li twassalna fis-smewwiet.
Feddej kbir int lilek tajtna.
Inti t-Triq, il-Bidu u t-Tmiem
Għax dan hu l-jum li b’nies ħabrieka miegħek nibqgħu mħaddnin.

Briju, kant, kultura, banda
Imżewqin b’toroq ħelwin
Għax dan hu l-jum li fih inlibbsu lil raħalna bit-tiżjin.
Qalbna mgħamra bit-talenti
Illi tana s-Salvatur
Għax f’dan il-jum żgur qalbna tħammar biex inħobbu lil xulxin.

Inkantaw u nagħmlu festa
Nallegraw, niċċelebraw.
Għax dan hu l-jum ta’ għaqda fostna frott il-ħidma ta’ xulxin.
Inkantaw u nagħmlu festa
Nagħtu ġieh lil Sid is-sliem

Għax dan hu l-jum li Kristu jdawwalna u jżommna magħqudin.

Mużika: Mro. R. Fenech
Versi: Charlie Spiteri

Top