Il-Każin ta' Sant' Andrija, Ħal Lija

Fit-tarf tat-triq
kwazi fil-kantuniera
biswit il-knisja
ta’ Santa Marija
hemm il-kazin sabih
ta’ Sant’Andrija.

Nisthajlu dal-kazin
li jmiss mal-misrah
jixtieq bhalkieku
jirrakonta l-grajja
ta’ x’ghadda minghalih
kemm ilu wieqaf.

Nisthajlu b’lehen gholi
jispelli l-ismijiet
ta’ dawk li dahlu fih
kull filghaxija
ifittxu l-kenn u l-wens
tal-hbiberija..

Nisthajlu mimli dawl
il-Hadd filghodu
u l-gnien ifur bil-fwieha
tar-rebbiegha.

Nisma’ fil-boghod
il-hoss tal-bocci jahbtu ma’ xulxin
fil-kamra tal-biljard
u l-brix tal-gibsa kahla
Fuq l-istikka

Wieqaf taht kull ritratt
li hemm fit-tarag
nisma’ lil dawk l-irgiel
tal-kumitati
jirrakuntaw l-istorja ta’ hajjithom
li hija wkoll l-istorja
ta’ hajjitna.

Joe Friggieri
4 ta’ Mejju, 2006

Top