Origini ta’ l-Isem ta’ Hal Lija

Hal Lija huwa rahal li fih insibu ghadd sabih ta’ djar tas-seklu XVIII u vilel. Fost il-vilel insibu dik ta’ Preziosi u Parisio. Minhabba dawn u ghadd ta’ ohrajn, dan ir-rahal sar maghruf bhala ‘Villa Lija’, biex b’hekk itik x’tifhem li Hal Lija huwa villa wahda minn tarf sa l-iehor tar-rahal. Il-motto ta’ dan ir-rahal sabih huwa: ‘Suavi Fructo Rubeo’ – Bi frott helu Nhammar, u bir-ragun kollu ghax dan ir-rahal jaghmel wisq laring u hu meqjus li fih tinstab l-akbar industrija ta’ din il-frotta. Sfortunatament, il-gonna qed jonqsu, bl-izvillup kontinwu li qed issir bla razan, anki fil-qalba tar-rahal.

Sal-1594, Hal Lija kien ghadu jaghmel mal-matrici ta’ Birkirkara, ghalhekk kellu lil Santa Liena bhal protettrici tieghu. Madankollu fi-6 ta’ Frar ta’ 1594, Hal Lija inqaghta bhala parrocca ghalih tant il-protezzjoni ta’ Sidna Gesu Kristu Salvatur. Fl-1610, iz-zewg irhula zghar ta’ Hal Mann u Hal Bordi fil-periferija tal-parrocca inghaqdu taht il-harsien tal-parrocca ta’ Hal Lija. Bi zmien ix-xaqliba tal-Iklin kiber sewwa u ghalhekk inhass il-bzonn li qassis jiehu hsieb id-dmirijiet spritwali ta’ din iz-zona. Fid-19 ta’ Marzu tas-sena 2005 l-Iklin inqaghta parrocca ghalih taht il-protezzjoni tal-Familja Mqaddsa

Il-Knisja Parrokkjali tas-Salvatur

Il-Knisja Parrokkjali tas-Salvatur f’Hal Lija hija monument iehor ta’ stil Barokk, mibnija minn Mastru Giovanni Barbara minn Hal Lija stess fis-seklu tmintax bit-thabrik tal-Kappillan Dun Anton Camilleri.

L-art maggzula ghal bini tal-knisja l-gdida kienet naghrufa bhala ‘Tal-herba’ u fl-20 ta’ Mejju ta’ l-1694, l-Isqof Davide Cocco Palmieri, pogga l-ewwel gebla ta’ din il-knisja. Il-pjanta saret minn Giovanni Barbara li kien minn Hal Lija u xoghol tal-bini mexa b’ritmu mghaggel hafna, tant li l-knisja kienet lesta u mbierka fil-bidu ta’ Lulju, 1702. Meta tlestiet minn kollox fl-1782, l-Isqof Monsinjur Vincenzo Labini ikkonsagraha solennement fil-25 ta’ Lulju 1782. B’tifkira ta’ din il-grajja, jezistu tnax il-salib mad-dawra tal-knisja u zeg[ irhamiet li jfakkru dawn l-okkazjonijiet. Din il-knisja hija mtalla’ fil-gieh ta’ Bazilika kif tfakkar l-irhama li hemm bejn iz-zewg pilastri magguri u s-salib bit-tnejn mal-frontispizju mal-faccata tal-knisja.

F’kull parti ta’ din il-knisja jista jammira s-sbuhija arkitettonika taghha bil-precizjoni li fiha li, flimkien ma’ l-irfinar ta’ koppla fuq tanbur forma ta’ skorfina bi tmiem kantunieri li huma maghquda permezz ta’ 16 -il pilastru Toskan. Id-dawra kollha tal-koppla hi mdawra b’numru ta’ mensoli li fuqhom iddur il-gwarnica. Quddiem iz-zuntier hemm zewg piramidi u fuqhom jidhru s-simboli jew emblemi li ghandhom x’jaqsmu mal-misterju tat-Trasfigurazzjoni. Wiehed hu t-Taw, salib zghir bis-serpent ta’ Mose u fl-ohra l-Fjamma tan-Nar, li jfissru meta Elija gie mahtur mill-karru tan-nar.

Il-kampnari huma mzejnin b’sett qniepen mill-aqwa tad-Ditta Taylor li kienu ingabu Malta fl-1947.

Il-Knisja parrokkjali minn gewwa hi ta’ Ordni Toskan b’ghadd ta’ elementi mehuda mid-Doriku Rinaxximentali. Hi arkitettura armonjuza li wie]ed jitpaxxa jhares lejha g]aliex kull angolu taghha hu mqieghed f’postu. Il-korsija tal-knisja hi mzejna b’erba’ artali, kull wiehed imzejjen bi prospettiva sabiha tal-gebel.

Il-Kwadru titulari ta’ din il-knisja jirraprezenta t-Trasfigurazzjoni ta’ Sidna Gesu Kristu fuq il-muntanja Tabor. Dan il-kwadru tpitter minn Mattia Preti qrib is-sena 1698. Fih nsibu lil Kristu ma’ Mose` u Elija u tliet appostli. Dan il-kwadru kien thallas mill-Kommendatur Vincenzo Valera u skond il-vizita pastorali ta’ l-Isqof Cocco Palmieri 1708 – 1710, dan il-kwadru kien diga` f’postu fl-1709.
Il-kwadru li qieghed fil-kappellun tax-xellug juri l-Madonna tar-Ruzarju u hadmu Alessio Erardi u tpitter fl-1702. Fl-istess artal insibu sotto kwadru ta’ l-Anglu Kustodju, xoghol Frangisku Zahra u sar fl-1757. Il-kwadru tal-Madonna tal-Karmnu fl-istess kappellun huwa xoghol Guiseppi Hyzler u sar f’nofs is-seklu dsatax. Fil-kappellun l-iehor insibu l-kwadru f’gieh is-Salib Imqaddes, mpitter minn Giuseppi Cali fl-1891. Fl-istess kappellun insibu zewg kwadri tassew sbieh, xoghol Mattia Preti. Fihom naraw lill-Evangelisti San Luqa u San Mattew. Il-kwadru tal-Madonna tal-Konsolazzjoni fl-istess kappellun tpitter minn Guzzeppi D’arena. Fil-korsija insibu erba’ artali. Il-kwadru ta’ San Alfons de Liguori sar fl-1877 u Hadmu Lazzru Pisani. F’din il-pittura iddahhlet wkoll Santa Rosalia bhala statwa, tifkira li darba dan l-artal kien iddedikat lil din il-qaddisa. Ma’ l-istess naha insibu l-artal tal-Madonna ta`cintura mpitter minn Giuseppi Calleja fuq disinn ta’ Guiseppe Hyzler f’nofs is-seklu dsatax. F’din il-pittura jidhru wkoll Santu Wistin, Santa Monika, Sant’ Anna u San Gwakkin. Man-naha l-ohra tal-korsija int u diehel mill-bieb il-kbir insibu l-artal iddedikat lill-Immakulata Kuncizzjoni, xoghol iehor ta’ Giuseppe Cali`. Iktar l-isfel insibu l-artal iddedikat lil San Pietru Appostlu u lil San Pawl Eremita u sar fl-1709.

L-apside ta’ din il-knisja hi xoghol ta’ pittura affresk, maghmula minn Ignazio Cortis fl-1873. Din il-pittura hi meqjusa fost l-aqwa xoghlijiet ta’ Cortis u tirraprezenta lill-Missier Etern imdawwar bl-angli. Cortis pinga wkoll iz-zewg apside tal-kappeluni. F’tar-Ruzarju hemm impittra l-priedka ta’ Gesu` fuq il-muntanja u fl-apside tal-kappellun tal-Kurcifiss hemm impittra d-dehra ta’ Gesu fil-Limbu.

Ix-xoghol fuq il-pittura kollha tas-saqaf kif ukoll il-koppla tal-knisja gie fdat f’idejn il-pittur maghruf Guzeppi Cali`. Hu beda x-xoghol tieghu mill-koppla. Ghalkemm il-koppla minghajr flieli, Cali` kien kappaci jpitter f’dawra tond il-grajja tat-twelid ta’ Gesu. Fl-erba’ lunetti ta’ taht il-koppla, Cali` pitter l-erba’ profeti l-kbar tat-testment il-Qadim: Isaija, David, Danjel u Geremija. Fis-saqaf tal-kappeluni Cali` pitter lil Kristu jaghti l-imfietah tas-sema lil San Pietru, filwaqt li fil-kappellun l-iehor pitter il-laqgha ta’ Gesu` mad-dixxipli ta’ Emmaus. Fil-korsija insibu tlett grajjiet ohra mill-hajja ta’ Kristu: il-laqgha ta’ Gesu` mas-samaritana, il-qawmien ta’ Lazzru u Gesu` jkellem lil Zakkew.

Fil-kor tal-knisja wiehed jista jammira x-xoghol sabih fl-injam tas-sedji tal-qassisin u l-abbatini kif ukoll il-gallariji li hemm fuqhom. Xoghol li nhadem fl-1728 fuq disinn ta’ Mastru Nazju Portelli.

It-tuzell izzanzan fil-festa ta’ l-1877. Il-patalotti tal-lama huma rrakkmati bid-deheb u saru f’Lyons fi Franza, fuq id-disinn ta’ Pawlu Dimech minn Hal Lija. Is-sopraporti kollha li nsibu fil-knisja huma skulturati fl-injam u ghandhom stil Barokk. Il-pulptu sar fi zmien il-Kappillan Dun Karm Lia u kien inawgurat fil-31 ta’ Lulju 1949. Il-ventartali tal-fidda li jintremaw fil-festa tas-Salvatur saru fl-1902. Annibale Preca u Andrea Zammit kienu hadmu hafna biex saru.

Fl-okkazzjoni tal-festa tal-Qalb ta’ Gesu li ssir bl-akbar solennita fil-parrocca taghna, l-artal maggur jigi armat b’pavaljun kbir tal-bellus komplut b’kuruna ndurata bid-deheb. Dawn kienu saru fl-ewwel snin tas-seklu ghoxrin

Il-Knisja il-Qadima tas-Salvatur

Din il-knisja serviet bhala parrocca qabel ma nbniet il-knisja l-gdida u saret fuq il-pjanta ta’ Glormu Cassar. Din hi wahda mill-eqdem knejjes li ghandna galiex kienet inbniet qabel il-migja tal-Kavallieri f’Malta.

L-Arkitettura ta’ din il-knisja tixbah hafna lill-knejjes tar-religjuzi u fiha ma jezistix kor, izda korsija, zewg kappeluni, sagristija u koppla kbira bit-twieqi. Il-prospettiva ta’ l-artal maggur fiha xoghol tabilhaqq artistiku ta’ skultura qisha bizzilla. Din il-prospettiva, flimkien man-nicec li jinsabu fil-koppla u fuq kull naha ta’ l-artal maggur, jindikaw li Tumas Dingli kellu sehem importanti f’dawn ix-xoghlijiet, li ghandhom xebh mill-qrib mal-knejjes tieghu ta’ Santa Marija ta’ Birkirkara u ta’ H’Attard.

F’wiehed mill-artali nsibu prospettiva tal-gebel bil-kwadru tal-Madonna flimkien ma’ San Bastjan u Santu Rokku. Din hija tifkira dejjiema ta’ knisja li kienet nbniet f’dawn l-inhawi wara l-pesta ta’ 1592-1593. Meta din il-knisja tkabbret, il-knisja ta’ Santu Rokku u San Bastjan inhattet u din id-devozzjoni giet ittrasferita ghal din il-knisja.

Illum f’din il-knisja tezisti gabra ta’ kwadri interesanti. Fil-kappelluni nsibu dawn it-tnejn: wiehed jirraprezenta l-Martirju ta’ San Pawl – kwadru ta’ Mattia Preti u l-iehor il-martirju ta’ Sant’ Agata – kwadru ta’ Guzeppi D’Arena. F’din il-knisja ukoll insibu statwa antika ferm tal-injam li tirraprezenta l-Madonna tar-Ruzarju bil-Bambin Gesu`.

Tmiss ma’ din il-knisja kemm hemm dik li t-Taljani jsejhulha ‘Canonica’, dar qadima li kienu joqoghdu fiha l-Kappillani kollha ta’ Hal Lija. Illum il-Kappillan ghandu d-dar parrokkjali tieghu fi Pjazza Trasfigurazzjoni.

L-istatwa tas-Salvatur

L-istatwa tas-Salvatur maghmula mill-kartapesta hi wahda mill-isbah statwi li hawn fil-gzejjer Maltin. Din inhadmet fl-1864 mill-istatwarju Malti Karlu Darmanin fi zmien il-Kappillan Dun Salv Parnis. Kienet ilha x-xewqa tan-nies ta’ Hal Lija li sir din l-istatwa u ghalhekk il-Kappillan Parnis kien nieda konkors ghal din l-istatwa u kien intghazel l-abbozz ta Darmanin. Izda dan kien biddel l-abbozz originali meta gie biex jaghmel l-istatwa billi nehha l-figuri tat-tliet appostli.

Il-bradella ta’ l-istatwa tas-Salvatur inhadmet minn Mastru Vincenzo Vassallo tal-Birgu fl-1926. Il-Perit Alfred Zammit ta’ Hal Lija ghamel id-disinn taghha.

Torri Belvedere

Fl-istorja ta’ l-arti f’Malta dan il-bini maghruf ukoll bhala t-Torri mibni 1857, hu msemmi Belveder u jinsab fit-Triq il-gdida – Transfiguration Avenue li nfethet nhar it-2 t’Awissu, 1956. Qabel ma nfethet dan it-torri Belvedere kien jaghmel parti minn gnien kbir kollu sigar tal-laring u sigar ohra tal-Villa Gourgion tal-Markiz Depiro. Dan il-Belvedere xoghol sabih fl-arti tal-bini li qabel kien maghluq go gnien, inzamm mill-Gvern fl-istess post fejn hu, bhala land mark fid-dahla tar-rahal sabih ta’ Hal Lija.

IL-MITHNA UNIKA TA’ HAL LIJA

Din il-Mithna unika tinsab fit-telgha li minn Hal Lija taghti ghal tal-Mirakli. Qabel ma giet imdawwra u mahnuqa minn tant vilel u bini li telghu f’dawn l-ahhar snin, din il-mithna ghaddiet minn storja varja u twila li wiehed qajla jsib xi haga miktuba fuqha. B’tant eghlieqi jhaddru madwarha, ir-rih kien jinfoh fil-qlugh taghha u hekk idawwar il-genla zonqrija li kienet tidres u tfarrak il-qamh fi dqiq, li mbaghad in-nies ta’ l-inhawi kienu jixtru biex jahmu l-hobz ta’ kuljum.

Lil hinn minnha xi djar antiki u xi rziezet qodma li whud minnhom ghadhom maghna, kienu jinsgu l-ambjent kwiet ta’ l-inhawi – dak iz-zmien imsejjah Ghadir il-Bordi. Hal Bordi kien rahal ckejken bi ftit familji kollha bdiewa jew rahhala li flimkien ma` Hal Mann u Hal Lija kienu jiffurmaw zona t’ambjenti imxerrdin fi djar tal-kampanja.

Ir-rih kien jonfoh u jvenven l-aktar meta jkun gej minn naha tal-Imdina ghal fuq il-wita` enormi li tasal sa tal-Mirakli. B’hekk id-dirghajn felhana tal-qlugh, rari kien jonqoshom dik il-forza li ggeghlhom jitmattru halli l-qamh jaghmluh dqiq. L-injam iebes, li minnu dawn kienu mahduma, xi drabi kien jigref il-gebel minn barra kif ghadu jidher sa llum.

Din il-Mithna hija unika ghaliex tonda u sa llum ghadu hadd ma sab tifsira ghaliex giet mibnija hekk. Kien hawn minn azzarda jaghti xi tifsira bhal din:
Nafu li kien l-Granmastru Nikol Cottoner (1660-1680) li ta’ spinta lill-ewwel mtiehen tar-rih. Nafu li dan il-Granmastru fl-1664 kien bena il-Knisja tal-Madonna tal-Mirakli li tinsab fil-qrib. Nafu ukol li magenb il-Mithna kienu nstabu xi oqbra, u allura, m’hiex haga kbira li l-Mithna, kif nafuha llum, giet mibnija fuq il-pedamenti u l-fdalijiet ta’ dik il-kappella, u ghalhekk hija tonda. Ghalhekk nistghu nghidu li l-Granmastru Nikol Cottoner, barra milli haseb ghall-ghixien tan-nies ta’ l-inhawi, bena gawhra ta’ Knisja li ghadna ngawduha sa llum.

Din il-Mithna, bhal imtiehen ohra komplet tintuza ghal bosta snin – mhux biss fi zmien il-Kavallieri, izda ukoll wara li l-Ordni ta’ San Gwann tkecca minn Malta fl-1798. Billi l-imtiehen kollha ta’ Malta flimkien ma’ propjeta` ohra kienu jkunu tal-Granmastru, kienu jigu amministrati minn fondazzjoni f’hajtu. Wara li jmut il-Granmastru, ammont kbir ta’ propjeta` tieghu kienu jghaddu f’idejn l-Ordni u jigu amministrati mit-Tezor ta’ l-Ordni. Hekk l-imtiehen tar-rih spiccaw kollha propjeta` ta’ l-Ordni ta’ San Gwann. Wara l-1798 l-imtiehen ghaddew f’idejn il-Francizi u fl-1800 f’idejn l-Inglizi.

L-importanza ta’ dawn l-imtiehen tar-rih bdiet tonqos meta dehru l-ewwel imtiehen li jahdmu bl-steam. X’aktarx li baqghu jahdmu sa l-ewwel tletin sena tas-seklu ghoxrin. Billi kull mithna kienet tkun mikrija mill-Gvern lil dawk li jithnu l-qamh, meta dawn waqfu, l-aktar li bdew jintuzaw kien minn haddieda li x-xoghol taghhom kien li jaghmlu ghodda tal-bennejja. Ghalhekk f’uhud minnhom instabu sinjali ta’ gebel mahruq fejn kienet tkun il-forga. Kaz bhal dan insibuh fil-Mithna ta’ Hal Lija fejn in-nar tal-forga ghamel hsara fil-gebla. Izda din il-Mithna ma sofrietx biss in-nar tal-forga, izda wkoll minn hruq estensiv li sar kemm il-darba go fiha.

Bi pjacir ninnotaw li wara hafna talbiet minn kull min japprezza l-patromonju bhal dan, il-Gvern fl-1991, ha hsieb li din il-Mithna unika ghal pajjizna tigi irrestawrata b’mod professjonali. Illum din il-Mithna taqa’ that ir-responsabbilta` tal-Kunsill Lokali Lija u fiha issiru numru ta’ wirjiet u attivitajiet ohra.

.

Top